Newsbook

Newsbook

National
English, Maltese
Online/Digital

Outlet metrics

Domain Authority
49
Ranking

Global

#86881

Malta

#27

Category

N/A

Traffic sources
Monthly visitors

Articles

  • 6 days ago | newsbook.com.mt | Charmaine Attard

    Read inEnglish. Tifel ta’ sitt snin tilef ħajtu wara li nstab mitluf minn sensih f’pixxina ta’ residenza fi Triq San Ġwann, in-Naxxar. Kien għall-ħabta tal-5.30pm li l-Pulizija marret fuq il-post fejn stabbiliet li t-tifel, li li kien ma` xi qraba f’għelieqi li għandom fl-inħawi, qabad jimxi fil-madwar u tbiegħed minnhom. Kif indunaw b’hekk, huma marru jfittxuh u minnufih infurmaw lill-Pulizija.

  • 1 week ago | newsbook.com.mt | Charmaine Attard

    Il-Partit Nazzjonalista huwa partit bla direzzjoni jew partit f’evoluzzjoni? Din it-tema se tkun diskussa mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 ta’ għada s-Sibt.

  • 1 week ago | newsbook.com.mt | Charmaine Attard

    Ix-xahar ta’ Mejju kien aktar sħun min-norma, bit-temperaturi jkunu 1.6°C iktar sħan mis-soltu. Ix-xahar li għadda ra iktar xita mis-soltu wkoll. B’kollox tkejlet 36.6 millimetru xita, 26.3 millimetru aktar mill-kwota. Kien ukoll xahar ftit iżjed mirjieħ. Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega li Mejju ħaseb biex isaqqi l-uċuħ tar-raba’ qabel tibda n-nixfa tas-sajf.

  • 1 week ago | newsbook.com.mt | Charmaine Attard

    Read inEnglish. Bejta tal-fkieren fil-Bajja tar-Ramla f’Għawdex hija t-tielet bejta li ġiet ikkonfermata dan l-istaġun, iżda l-ewwel waħda f’Għawdex. Voluntiera tan-Nature Trust – FEE Mata’s Wildlife Rescue Team issorveljaw il-bajja billejl, u l-fekruna rritornat għall-ħabta tas-2am. Uffiċjali tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġew mgħarrfa immedjatament, u ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ bejta. Irriżulta li l-fekruna kellha tiġi ċċippjata u ngħatat l-isem ta’ Johanna.

  • 2 weeks ago | newsbook.com.mt | Charmaine Attard

    Roberta Metsola se tkun il-Kap li se ssalva l-Partit Nazzjonalista? Il-Kap tal-PN u l-Kap tal-Opożiżżjoni se jkunu rwoli separati? Dan u aktar se jiġi diskuss waqt Andrew Azzopardi on RTK103 tas-Sibt li ġej, flimkien max-xandar Mark Azzopardi, mal-kandidat tal-Partit Laburista Omar Rababah u l-Avukat Miriana Calleja Testaferrata De Noto. Se jsir ukoll kuntatt telefoniku mal-opinjonista Dr Georg Sapiano, mal-editur tat-Times of Malta Herman Grech u mal-editur tal-MaltaToday Kurt Sansone.

Newsbook journalists